Għal ftit jistrieħu l-bastimenti biex ikomplu r-rotta. Imma dejjem jiġu lura. Kull tempesta jvinċu. Jgħaddu sitt xhur u jien nerġa’ niġi Biex nerġa’ mmur mill-ġdid għal darba oħra. Kollha jerġgħu lura l-bastimenti tal-flotta. Kollha barra l-aħjar ħbieb u n-nisa l-aktar leali! Kollha jerġgħu lura. Minbarra dawk li neħtieġu. Ma nafdahx id-destin, hekk kif jagħmlu l-baħħara. Imma jeħtieġ nemmen li din mhix ir-regola. Bastimenti qodma jinħelsu, mhux jinħarqu. Żgur li nerġa’ niġi, kollni pjani u kollni ħbieb Nerġa’ ngħanni mill-ġdid f’inqas minn sitt xhur.
© Achille Mizzi. Traduzzjoni, 2014